Wednesday, July 24, 2024

Antoine Griezmann irid jilgħab mat-tim Olimpiku Franċiż

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem ma’ ġurnal Franċiż, l-attakkant internazzjonali Antoine Griezmann żvela li jixtieq ikun parti mit-tim nazzjonali Olimpiku ta’ Franza fis-sajf li ġej. Fil-fatt dan il-logħob se jsir f’Pariġi u l-attakkant ta’ Atletico Madrid qal li għandu xewqa kbira li jilgħab għal pajjiżu fil-belt kapitali twelidu wkoll.

Minkejja li Griezmann se jkun impenjat fil-kampjoant Ewropew fis-sajf li ġej, hu ftit deher qed jinkwieta meta mistoqsi li forsi jgħejja xi ftit.

Griezman għandu 32 sena u lagħab 127 partita ma’ Franza filwaqt li skorja 44 gowl.

Ekonomija

Sport