Wednesday, July 24, 2024

Ronald Araujo attirat minn offerta ta’ Bayern Munich

Aqra wkoll

Bayern Munich mistennija jkun ferm attiv fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf hekk kif diversi plejers se jħallu lill-club mill-Bavarja f’Ġunju li ġej. Wieħed minn dawn jista’ jkun Matthijs de Ligt li f’dawn l-aħħar xhur ftit qed ikun użat mill-kowċ, Thomas Tuchel. Dan tal-aħħar hu ċert li ma tantx fadallu ħafna fl-Allianz Arena u għalhekk ftit qed jagħti kas ta’ din is-sitwazzjoni.

Sadanittant, Bayern Munich qed isegwu b’attenzjoni l-profil ta’ Ronald Araujo, plejer li jilgħab ma’ Barcelona iżda li hu favorit li jmur jilgħab fil-Ġermanja. Dan tal-aħħar hu ta’ nazzjonalita’ Urugwajana apparti li lagħab 16-il logħba filwaqt li skorja gowl wieħed biss.

Ekonomija

Sport