Monday, November 9, 2026
Home Sport Antoine Zammit jirbaħ il-Kampjonat Nazzjonali tal-Armwrestling

Antoine Zammit jirbaħ il-Kampjonat Nazzjonali tal-Armwrestling

0
48

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru, sar l-avveniment nazzjonali tal-Armwrestling f’Malta.

Il-kompetizzjoni saret fil-kumpless prestiġjuż ta’ Bay Street, fejn ħadu sehem 25 atleta. Dawn l-atleti jitħarrġu fil-gym Challenger f’Ħal Qormi u fil-gym Kinetica fix-Xewkija, Għawdex. Għal dan l-avveniment attendew ukoll għadd konsiderevoli ta’ spettaturi.

Il-kompetizzjoni bdiet bil-kategorija tax-xellug għal atleti taħt il-75 kilogramma, fejn il-klassifika kienet din:

Id taħt il-75 kilogramma – Xellug

1. Jake Falzon

2. Kyane Vella Smith

3. Stefan Pasare

Din il-kategorija kienet segwita minn dik tal-atleti taħt id-90 kilogramma.

Id taħt id-90 kilogramma – Xellug

1. Nikola Jancic

2. Brian Thom Muscat

3. Braden Cutajar

Id ‘il fuq minn 90 kilogramma – Xellug

1. Xhulio Halili

2. Daniel Tabone

3. Antoine Qama

Wara l-kategoriji tax-xellug, imiss il-kompetizzjonijiet bl-id il-leminija.

Id taħt il-75 kilogramma – Lemin

1. Melvyn Agius

2. Jake Falzon

3. Stefan Pasare

Id taħt id-90 kilogramma – Lemin

1. Braden Cutajar

2. Bram Thom Muscat

3. Nikola Jancic

Id ‘il fuq minn 90 kilogramma – Lemin

1. Antoine Zammit

2. Xhulio Halili

3. Renald Zammit

L-aktar kategorija mistennija kienet dik tal-id il-leminija għall-atleti ‘l fuq minn 90 kilogramma.

Antoine Zammit, li kien rebaħ ukoll din il-kategorija s-sena l-oħra, reġa’ ħareġ rebbieħ b’mod konvinċenti. Huwa wera superjorità fuq l-avversarji tiegħu u kiseb ir-rebħa mingħajr wisq diffikultà.

Fit-tieni post spiċċa Xhulio Halili, li għandu oriġini Albaniża u huwa Għawdxi, u li kien kiseb ukoll it-tieni post fil-kompetizzjoni tas-sena l-oħra. Fit-tielet post spiċċa Renald Zammit.

Wara dawn il-kompetizzjonijiet saret il-kategorija Overall, li fiha kkompetew ir-rebbieħa u dawk li spiċċaw fit-tieni post fit-tliet kategoriji tal-id il-leminija.

Antoine Zammit reġa’ kiseb l-ewwel post, segwit minn Xhulio Halili, bl-istess ordni li fiha spiċċaw fil-kategorija tal-atleti ‘l fuq minn 90 kilogramma. Fit-tielet post spiċċa Nikola Jancic, li huwa wkoll is-segretarju, it-trejner u r-referee tal-klabb.

Iċ-champion ta’ Malta u rebbieħ tal-kategorija Overall

Ir-rebbieħa ġenerali kienu Antoine Zammit, Xhulio Halili u Nikola Jancic, flimkien mal-president David Apap.

Jake Falzon rebaħ il-kategoriji tax-xellug u tal-lemin għall-atleti taħt il-75 kilogramma.

Nikola Jancic rebaħ il-kategorija tax-xellug għall-atleti taħt id-90 kilogramma.

Fil-kategorija tax-xellug għall-atleti ‘l fuq minn 90 kilogramma, dehru Daniel Tabone, il-president David Apap, Xhulio Halili u Angjelo Qama.

Il-kompetizzjoni kienet organizzata mill-Malta Armwrestling Federation. Il-klabb jinsab fit-13-il sena mit-twaqqif tiegħu u jipparteċipa regolarment f’avvenimenti internazzjonali.

Antoine Zammit kiseb ukoll it-tielet post fil-kategorija ta’ taħt id-90 kilogramma f’kompetizzjoni li saret f’Dobra Voda, fis-Slovakkja. Min-naħa tiegħu, Xhulio Halili spiċċa t-tielet fil-kategorija ta’ aktar minn 100 kilogramma, ukoll fis-Slovakkja, u r-raba’ f’kompetizzjoni oħra fl-Iżvizzera.

Atleti Maltin oħra kisbu wkoll riżultati pożittivi fl-Iżvizzera.

Lejn l-aħħar ta’ Novembru, il-Federazzjoni se tkun qed tipparteċipa wkoll f’kompetizzjoni fi Sqallija.

Dawk li jixtiequ jingħaqdu ma’ dan l-isport jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Federazzjoni permezz tas-sit elettroniku tagħha www.maltaarmwrestling.com jew permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook, Malta Armwrestling Events.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here