Monday, May 13, 2024

Antonio Sanabria segwit minn Lazio

Aqra wkoll

Lazio qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-attakkant ta’ Torino, Antonio Sanabria. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Paragwajana.

Hekk kif l-attakkant l-ieħor Pietro Pellegri weġġa’, id-diriġenti Laziali qed jaħsbu sabiex għal Jannar iġibu lil Sanabria li ilu ma’ I Granata sa mis-sena 2021 fejn lagħab 53 partita u skorja 13-il gowl.

Sanabria lagħab ukoll ma’ Sassuolo, Roma, Real Betis u Sporting Gijon.

Sport