Thursday, March 28, 2024

Antony barra mill-azzjoni sa Settembru li ġej

Aqra wkoll

Il-winger internazzjonali Brażiljan ta’ Manchester United, Antony, mistenni jdum barra mill-azzjoni sa Settembru li ġej hekk kif sofra injury fir-rebħa ta’ 4-1 fuq Chelsea. 

Huwa sofra rikorrenza tal-injury fl-għaksa li sofra fl-istaġun li għadda li ħallietu għal xahrejn barra meta kien jilgħab għal Ajax.  

Huwa kellu jinħareġ fuq stretcher hekk kif kollox kien qed jindika li l-istaġun huwa mitmum għalih. 

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena tilef l-aħħar tmien logħbiet tal-kampanja 2021-22 ta’ Ajax wara li sofra l-injury inizjali f’logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja mal-Brażil, f’Marzu 2022.

Huwa skorja tmien gowls minn meta ngħaqad mal-United f’Settembru għas-somma ta’ £81 miljun.

Ir-rebħa kontra Chelsea aċċertat lit-team immexxi minn Erik ten Hag post fiċ-Champions League tal-istaġun li ġej u se jiffaċċjaw lil Manchester City fil-finali tal-FA Cup, fit-3 ta’ Ġunju.

Ekonomija

Sport