Wednesday, April 24, 2024

‘Lilu King’ arrestat f’operazzjoni dwar droga u ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, il-Pulizija arrestat lil El Mushraty, jew kif inhu magħruf aħjar bħala “l-Lilu King“.

Dan is-sit jinsab informat li El Mushraty, Libjan ta’ 37 sena ġie arrestat b’rabta ma’ operazzjoni ta’ kontra d-droga u ħasil ta’ flus waqt rejd li sar mill-Pulizija jumejn ilu.

Skont ma’ qiegħed ikun irrappurtat jidher li r-raġel huwa magħruf sew għall-istil ta’ ħajja lussuża li jgħix u mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Huwa mifhum ukoll li din mhix l-ewwel darba li l-Libjan xellef difrejh mal-Pulizija.

Sport