Tuesday, April 30, 2024

Parti mill-flyover tal-Marsa se tinqala’ u tingħata t-tarmak mill-ġdid wara li nxterdu litri ta’ żejt

... il-korsija mistennija tirritorna lura għan-normal sa mhux aktar tard minn għada filgħaxija

Aqra wkoll

Parti mill-flyover tal-Marsa se jkollha tinqala’ u tingħata t-tarmak mill-ġdid minħabba l-inċident ta’ dalgħodu fejn inxtered ammont sostanzjali ta’ żejt. Dan tħabbar mill-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Ivan Falzon, li ta aktar dettalji dwar il-ħidma li se tkun qiegħda ssir f’din iż-żona biex il-korsija tirritorna għan-normal.

L-uffiċjali ta’ Transport Malta (TM) u ta’ Infrastructure Malta (IM) ġew infurmati bl-inċident għall-ħabta tal-10:30 a.m., fejn ġew mgħarrfa illi trakk li kien qed iġorr il-merkanzija waqqa’ xi likwidu fil-parti tan-nofs tal-flyover. “Il-pass li jmiss huwa li b’mod immedjat fis-sigħat li ġejjin tibda t-tiswija … il-ħsieb tagħna huwa li nirritornaw il-korsija għada tard waranofsinhar jew filgħaxija,” qal Falzon. Dan minħabba l-ammont ta’ xogħol ta’ tindif u ta’ ħsarat li hemm.

Fl-intervent tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ TM, Jonathan Borg, qal li bejn wieħed u ieħor inxtered madwar 200 litru ta’ żejt fit-triq. Huwa qal li TM, flimkien ma’ IM, ħadu l-prekawzjonijiet kollha biex jassistu għall-problemi tat-traffiku li ġab miegħu dal-inċident.

Falzon temm jirringrazzja lill-uffiċjali ta’ TM, tal-Protezzjoni Ċivili u ta’ Cleansing Malta li kienu preżenti fuq il-post sabiex jassistu kif meħtieġ.

1 kumment

  1. Transport Malta tista tghidilna min se jhallas tal hsarat li saru.Dawn l accidents jigru jew bi skop jew bvindikazzjoni.Ghaliex dan it tank taz zejt ma ntrabatx?

Comments are closed.

Sport