Tuesday, April 30, 2024

Il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju bi spettaklu ta’ nar sinkronizzat u siltiet mużikali

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2023, l-Għaqda tan-Nar fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser tippreżenta “Symphony of Stars”: spettaklu ta’ nar sinkronizzat ma’ diversi siltiet mużikali, nhar is-Sibt 17 ta’ Ġunju 2023 fl-9:45pm fil-Bypass tal-Imqabba.

L-ispettaklu ser ikun jikkonsisti minn logħob tan-nar tradizzjonali, fosthom murtali tal-beraq, murtali tal-kulur, blalen, sfejjer, u diversi affarijiet oħra flimkien ma’ wirja piromużikali tul is-serata kollha. Wara ssegwi esibizzjoni ta’ nar tal-art oriġinali u mekkanizzat.

L-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju kienet ir-rebbieħa ġenerali tat-tieni edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art fuq il-Fosos tal-Furjana kif ukoll naqqxet isimha fil-Guinness Book of World Records bil-ħruq tal-akbar reddiena fid-dinja.

Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

Sport