Saturday, April 20, 2024

Il-UEFA twissi lil Juventus

Aqra wkoll

Il-UEFA ħarġet twissija lil Juventus bl-ultimatum li jew jiritiraw mis-Super League Ewropew jew inkella jittieħdu passi dixxiplinari kontra tagħhom. 

Il-Federazzjoni Ewropea qed tagħti ċans lill-Bianconeri biex iħabbru li ma għandhom l-ebda intenzjonali li jkomplu jippjanaw fuq dan il-kampjonat. 

Iżda jekk Juventus jiddeċiedu li jridu jibqgħu jippersistu bil-pjani tagħhom, huma jistgħu jiġu sospiż mill-kompetizzjonijiet Ewropej għal sena jew aktar.

Dan minbarra li l-UEFA temmet l-investigazzjonijiet tagħha bil-possibbiltá li tikkastiga aktar lill-club Taljan għal ksur tar-regoli tal-Fair Play  kif ukoll għat-tieni ksur tar-regolamenti tal-FFP.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, Juventus tnaqqsulhom 10 punt wara li nstabu ħatja ta’ rregolaritajiet finanzjarji u qligħ kapitali. 

Sport