Tuesday, December 24, 2024

Antony se jittardja r-ritorn tiegħu ma’ Man Utd minħabba allegazzjoni ta’ abbuż domestiku

Aqra wkoll

Il-winger ta’ Manchester United, Antony, aċċetta li jittardja r-ritorn tiegħu “biex jindirizza l-allegazzjonijiet” ta’ vjolenza domestika li saru kontrih.

Il-player ta’ 23 sena kellu jitħarreġ nhar it-Tnejn wara li tneħħa mill-iskwadra tal-Brażil għall-partiti ta’ kwalifikaz­zjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Bolivja u l-Perù.

Iżda l-United qalu li laħqu ftehim mal-player li se jdum barra mill-iskwadra sa avviż ieħor sabiex jindirizza din l-kwistjoni. Huwa qed jiċħad l-allegazzjonijiet kollha.

“Manchester United jirrikonoxxu l-allegazzjonijiet li saru kontra Antony,” qalet stqarrija tal-club.

“Bħala club nikkundannaw kull att ta’ vjolenza u abbuż. Nagħrfu l-importanza li nissalvagwardjaw lil dawk kollha involuti f’din is-sitwazzjoni, u nirrikonoxxu l-impatt li dawn l-allegazzjonijiet għandhom fuq is-superstiti tal-abbuż.”

Dan wara li nfetħet investigazzjoni mill-pulizija wara allegazzjonijiet ta’ abbuż domestiku kontra l-eks sieħba tiegħu.

Huwa qed jiffaċċja wkoll aktar allegazzjonijiet ta’ attakk li sar minn mara f’intervista ma’ stazzjon televiżiv Brażiljan.

Antony deher fuq it-TV Brażiljan nhar il-Ġimgħa, u qal: “Qatt ma attakkajt lil ebda mara” u kompla jgħid li “il-verità se toħroġ”.

“Irrid nerġa’ ntenni l-innoċenza tiegħi tal-affarijiet li ġejt akkużat bihom, u se nikkopera bis-sħiħ mal-pulizija biex ngħinhom jilħqu l-verità. Ninsab ħerqan li nirritorna nilgħab kemm jista’ jkun malajr.”

Antony ġie akkużat li fil-15 ta’ Jannar attakka lill-eks ħabiba tiegħu Gabriela Cavallin “b’daqqa ta’ ras” f’kamra ta’ lukanda ta’ Manchester, u ħalliha bi qsim f’rasha, tant, li kellha bżonn attenzjoni medika. 

Ekonomija

Sport