Anzjan ta’ 84 sena residenti x-Xagħra, Għawdex, weġġa’ b’mod serju wara li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip Daihatsu Sirion, ħabat ma’ ċint u nqaleb.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-10.15 a.m. fi Triq tas-Sruġ, ix-Xagħra, Għawdex.
L-anzjan ingħata l-ewwel assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza għall-kura meħtieġa.
Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.