Wednesday, July 24, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-10:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Gudja, Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li, l-anzjan ta’ 81 sena minn Ħal Luqa kien intlaqat minn karozza tal-għamla Toyota Starlet misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Tarxien. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li assistew lill-anzjan sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport