Wednesday, July 24, 2024

Il-konklużjonijiet tal-awtopsja ta’ Matthew Perry jikkonfermaw li hu ma mietx mgħarraq

Aqra wkoll

L-attur Matthew Perry miet kawża ta’ overdose ta’ ketamine. Ikkonfermat dan l-awtopsja fuq il-katavru tal-attur magħruf l-aktar għall-parti fis-sensiela popolari ‘Friends’.

Il-ketamine hija tip ta’ mediċina li tintuża bħala loppju, liema sustanza ġieli ntużat minn persuni li jbatu bid-dipressjoni. Din is-sustanza tintuża wkoll f’dawk il-każi fejn persuna titfaha f’xarba ta’ ħaddieħor biex jintilef minn sensih. Normalment dawn il-każi jwasslu għal stupru.

Perry nstab mejjet fil-pixxina tad-dar tiegħu f’Los Angeles, l-Istati Uniti f’Ottubru li għadda. L-ewwel indikazzjonijiet kienu li l-attur miet mgħarraq iżda l-konklużjonijiet tal-awtopsja wrew mod ieħor fosthom li mard tal-qalb ikkontribwixxa għall-mewt tiegħu.

Ekonomija

Sport