Sunday, May 5, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn mutur f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Anzjan indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq fi Sqaq is-Siġra f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 69 sena residenti San Ġiljan stess kien intlaqat minn mutur NIU N1S li kien qiegħed jinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti San Ġwann.

Ir-raġel ta’ 69 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta mal-inċident għadha għaddejja.

Sport