Wednesday, April 24, 2024

Giovanni Tedesco jirbaħ l-unur tal-Kowċ ta-Xahar għal Awwissu/Settembru 2022

Aqra wkoll

Giovanni Tedesco rebaħ l-unur tal-Motors.Inc Kowċ tax-Xahar għal Awwissu / Settembru 2022. 

F’Awwissu/Settembru, Birkirkara taħt it-tmun ta’ Giovanni Tedesco lagħbu u rebħu l-erba’ logħbiet li kellhom, biex b’hekk saħħew posthom fl-ewwel skaluna tal-Kampjonat BOV Premier. It-tim beda b’rebħa ta’ 2-0 fuq Sirens, u rebħa ta’ 2-1 fuq Żebbuġ R. Huma kkonsolidaw il-mixja pożittiva tagħhom b’rebħa ta’ 1-0 fuq Floriana u rebħa ta’ 4-0 fuq Santa Luċia.

Din hija t-tieni darba li Giovanni Tedesco ghandu f’idejh ir-riedni tal-Istripes, wara li kien il-mentor tagħhom lura fl-2015. Il-kowċ Tedesco irnexxielu jikseb 185 punt f’vot li jittieħed mill-captains tat-Timijiet tal-Premier League, team managers, l-istaff tekniku, u l-midja.

It-trofew tal-Kowċ tax-Xahar ta’ Motors Inc għal Awwissu/Settembru 2022 lill-kowċ Tedesco se jiġi ppreżentat fil-jiem li ġejjin.

Imwaqqfa fl-2016, Motors Inc. Limited huma d-distributuri uffiċjali ta’ Jeep, marka rikonoxxuta mad-dinja kollha. Motors Inc. Limited huma wkoll distributuri lokali ta’ Kia, Alfa Romeo, Fiat, Iveco, Abarth u Hyundai.

Sport