Monday, May 13, 2024

Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vann fiż-Żejtun 

Aqra wkoll

Mara ta’ 78 sena residenti ż-Żejtun tinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m intlaqtet minn vann Toyota Hi-Ace li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħal Tarxien.

L-inċident seħħ f’Misraħ Karlu Diacono, iż-Żejtun.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni ilbieraħ: Anzjana l-Isptar wara li ttajret fiż-Żejtun

Anzjana ta’ 78 sena residenti ż-Żejtun stess kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-5.15pm ittajret fiż-Żejtun stesss.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li l-inċident seħħ f’Misraħ Karlu Diacono fejn raġel ta’ 39 sena residenti Ħal Tarxiex li kien qed isuq Toyota Hiace jidher li laqat lil mara.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei li wara li taw l-ewwel għajnuna lil mara, ittieħded l-isptar għal aktar osservazzjoni medika.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

Sport