Friday, July 26, 2024

Neymar barra sa tmiem l-istaġun minħabba injury fil-cruciate

Aqra wkoll

L-attakkant tal-Brażil u ta’ Al-Hilal, Neymar, ħa l-aħbar ħażina li għandu bżonn li ssirlu operazzjoni fil-ligamenti tal-cruciate ta’ rkopptu.

Dan il-player ta’ 31 sena kellu jinġarr fuq stretcher meta sofra din l-injury fit-telfa ta’ 2-0 kontra l-Urugwaj, f’Monevideo, liema partita kienet valida mir-round ta’ kwa­li­fikaz­zjoni għat-Tazza tad-Dinja 2026.

Bla dubju, l-istaġun għalih huwa mitmum minħabba li r-rijabilitazzjoni ta’ din l-injury tiegħu x-xhur. 

L-FA Brażiljana mill-ewwel uriet solidarjetá mal-player fejn awguratlu wkoll fejqan ta’ maljar. 

L-istqarrija kienet tgħid:

“Il-football Brażiljan u dak dinji jawgura lil Neymar fejqan ta’ maljar biex ikompli jpaxxi lill-partitarji tal-football bl-abbilta­jiet tiegħu,” qal il-president, Ednaldo Rodrigues.  

Ekonomija

Sport