Mara sofriet ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-8:45 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Tumas Fenech f’Birkirkara.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 73 sena residenti San Ġwann kienet intlaqtet minn minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 50 sena residenti Birkirkara.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza li ssejħet fuq il-post.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.