Thursday, May 16, 2024

Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Furjana

Aqra wkoll

Mara sofriet ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-7:45 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Kapuċċini fil-Furjana.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjana ta’ 77 sena residenti l-Furjana ntlaqtet minn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 25 sena residenti l-Belt Valletta.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-anzjana lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. 

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport