Monday, May 13, 2024

Anzjana ssofri ġrieħi serji wara li waqgħet f’Santa Venera

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 93 sena residenti Santa Venera sofriet ġrieħi serji wara li waqgħet waħedha waqt li kienet miexja.

Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-1.00p.m. fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard, hi ġiet ċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Josette Demicoli.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Sport