Saturday, December 21, 2024

Anzjana ta’ 77 sena hija t-tieni vittma ta’ inċident tat-traffiku f’temp ta’ ftit sigħat

Aqra wkoll

Skont l-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-anzjana kienet qiegħda taqsam fi Triq l-Isqof Scicluna f’Ħal Qormi meta sfat imtajra minn trakk li kien qiegħed jirreversja.

Aktar kmieni dalgħodu raġel tilef ħajtu wara li safa maqbud f’ħabta frontali ma’ trakk fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.

Intant fl-inċident li seħħ f’Ħal Qormi għall-ħabta tas-1.45pm, mietet anzjana ta’ 77 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Hija sfat imtajra minn Vann Isuzu li kien misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Birgu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, iżda sfortunatament l-anzjana kienet iċċertifikata mejta.

Ix-xufier tal-vann ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għall-osservazzjoni.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport