Saturday, December 21, 2024

Appartament fil-Qbajjar jieħu n-nar… jiġi salvat qattus

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tat-3.15pm meta l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ġew informati li fil-Qbajjar f’Marsalforn kien hemm appartament li kien qiegħed jieħu n-nar.

Għall-ewwel ma kienx magħruf jekk hemmx persuni maqbudin f’dan l-appartament u għalhekk fuq il-post issejjaħ tim mediku b’ambulanza mil-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex ikun jista’ jagħti l-ewwel għajnuna f’każ ta’ bżonn.

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien li kien hemm filwaqt li mill-istess appartament ġie salvat qattus.

Fuq il-post issejħu tal-Annimal Walfare fejn mill-ewwel beda jagħtu l-għajnuna lil qattus li kien għadu kemm ġie salvat.

S’issa jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw.

It-triq ġiet magħluqa għat-traffiku.

Ekonomija

Sport