Saturday, December 21, 2024

Appell mill-bdiewa sabiex l-art agrikola tintuża għal attivitajiet agrikoli u mhux għal skop rikreazzjonali

Aqra wkoll

L-art agrikola għandha tintuża għal attivitajiet agrikoli u li għandu jieqaf jittieħed u jintuża raba’ għal skopijiet rikreazzjonali. Id-domanda għall-użu ta’ raba’ għal skopijiet mhux agrikoli splodiet fl-aħħar ftit snin kawża ta’ fatturi varji- mill-bżonn ta’ żvog fi żmien il-pandemija tal-COVID u fatturi oħra.

Dan kien il-messaġġ li wasslu l-Għaqda bdiewa attivi fi stqarrija, fejn spjegaw li madwar 24 entita agrikola flimkien mal-Kamra tal-Periti qegħdin jitolbu lil pajjiż, lil Gvern, lill-pubbliku u lil kwalunkwe stakeholders oħrajn sabiex jirrikonoxxu dan.

Ġie spjegat li l-prezz tar’raba’ f’Malta jiswa 20 darba aktar mill-prezz medju
fl-UE. Ingħad ukoll li bħalissa ninsabu f’dinja fejn is-sigurtá tal-ikel qiegħda dejjem issir aktar prekarja u fejn il-kriżi tat-tibdil fil-klima qiegħda thedded il-produzzjoni tal-ikel.

Enfasizzaw li għalhekk jemmnu li kull roqgħa ħamrija għandha tiġi protetta bis-saħħa kollha sabiex bil-potenzjal tagħha tkun tista tipproduċi l-ikel. L-istess għaqda tal-bdiewa spjegat li ħafna bdiewa professjonali qegħdin ifittxu aktar art x’jaħdmu biex jipproduċu l-ikel għas-suq lokali.

Qalu wkoll; “Hemm bżonn li jiġi assigurat li art produttiva tintuża għal skopijiet produttivi, li r-raba’ jiġi fdat f’idejn min jaf u jrid jaħdmu u li l-pajsaġġ rurali Malti jkun salvagwardjat b’dak kollu li tassew jagħmlu rurali. Irridu naġixxu issa sabiex nipproteġu r-raba’ ta’ pajjiżna ħalli jibqa’ jagħmel il-funzjoni tiegħu bħal ma
ilu jagħamel mill-ewwel darba li rifsu fuqu n-nies- jipproduċi l-ikel u x-xorb li jżommuna ħajjin”

Ekonomija

Sport