Wednesday, April 24, 2024

ARA: Dinosawri jiġru fit-toroq Maltin f’Jurassic World Dominion

Aqra wkoll

It-trailer uffiċjali tal-film Jurassic World Dominion li nħareġ illum juri diversi xeni miġbudin f’pajjiżna.

Fil-film, il-Maltin se jkunu qegħdin jaraw postijiet tant familjari miżgħuda bi ħlejjaq kbar li jikkumplimentaw it-titlu tal-film.

Fit-trailer ta’ Jurassic World Dominion, id-dinosawri jidhru jaqbżu fuq il-bjut u l-koppli tal-knejjes Maltin, jiġru qalb it-toroq fil-Belt, u saħansitra fi Pjazza San Ġorġ.

YouTube video

Kienu bosta dawk li assistew għall-ġbid ta’ dan il-film fit-toroq tal-Belt u l-Furjana. Fosthom kien hemm dawk li huma u jinġibdu ħolqu xi ftit tal-kontroversja minħabba li fil-ġbid tagħhom kien hemm ukoll inċidenti ppjanati li l-pubbliku kien maħsud bihom minħabba nuqqas ta’ għarfien dwar x’kien għaddej.

Il-Kummissarju tal-Films Johan Grech, fi stqarrija fuq il-midja soċjali qal li jinsab kburi b’dak li qiegħed jirnexxielu jinkiseb. Qal li għall-ewwel darba f’Malta se tkun parti mill-istorja ta’ dan il-film.

Sport