Saturday, May 4, 2024

ARA: “Diskors nieqes minn kull forma ta’ viżjoni għat-tmexxija tal-pajjiż”

- il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għar-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-Budget 2024, il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara li d-diskors ta’ Bernard Grech kien wieħed negattiv għall-aħħar u nieqes minn kull forma ta’ viżjoni għat-tmexxija ta’ dan il-pajjiż.

Dr Abela qal li fis-6.30 p.m., il-Kap tal-Oppożizjoni qal li kien se jispjega l-viżjoni ekonomika t’eċċellenza skontu tal-PN għat-tmexxija tal-pajjiż, iżda wara sagħtejn ta’ diskors, ħlief is-soltu retorika negattiva ma smajniex.

Il-Prim Ministru tenna li għada se jkun qiegħed jispjega mhux biss kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni kien żbaljat f’diversi istanzi waqt id-diskors tiegħu imma aktar importanti minn hekk se jispjega kjemm il-budget għas-sena d-dieħla joffri l-bażi għal Malta Ġusta, joffri s-soluzzjonijiet għal-lum imma wkoll il-viżjoni ta’ pajjiżna għall-10 snin li ġejjin.

Sport