Monday, May 13, 2024

ARA: Festa pjazza pedonali fis-Siġġiewi ġġib magħha nostalġija kbira

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fost il-ħafna attivitajiet organizzati waqt il-festa pjazza pedonali fil-Pjazza tas-Siġġiewi spikkaw grupp ta’ tfal li għaxieren ta’ snin ilu kienu xi ħaġa ferm iżjed komuni fit-toroq ta’ pajjiżna. Dan hekk kif ilbieraħ il-Pjazza tas-Siġġiewi ngħalqet għat-traffiku biex fost l-oħrajn grupp ta’ tfal setgħu jilagħbu l-ballun mingħajr xkiel.

Fost l-attività sħiħa li kienet għaddejja fil-pjazza kien hemm Logħob edukattiv għat-tfal u ż-żgħażgħ minn MERCS Malta, logħob tradizzjonali Malti, sports, Wirjiet ta’ Karozzi klaassiċi minn Old Motors Malta u l-Classic Fiat 500 Group Malta u Parade mtella’ mill-grupp tal-iscouts tas-Siġġiewi.

Ġewwa ċ-ċentru ċiviku ttellgħet wirja ta’ apparat mekkanizzat magħmula mis-Sur Nikola Bugeja u wirja ta’ xogħol ta’ bizzilla bit-trajbu maħdum minn studenti tal-kors tal-bizzilla parti mil-lifelong learning (liema kors se jerġa’ jibda fil-Kunsill Lokali Siġġiewi f’Ottubru li ġej).

Sport