Saturday, December 21, 2024

ARA: Għajta li dwiet ma’ Ta’ Qali kollu appena Malta fetħet l-iskor

Aqra wkoll

Filmat – MATTHEW CALLEJA

Ilbieraħ, it-tim nazzjonali ta’ Malta, b’wirja stupenda u eċċelenti għeleb lit-tim internazzjonali ta’ Ċipru 3-0 f’logħba mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li se ssir is-sena li ġejja fil-Qatar.

Ir-rebħa tal-bieraħ fissret li din kienet l-ewwel logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li Malta rebħet f’darha minn 1971. B’żewġ gowls ta’ Cain Attard u ieħor ta’ Joseph Mbong, Malta sammret liċ-Ċiprijotti li lagħbu 45 minuta jilagħbu bi plejer inqas.

L-iktar ħaġa mistennija kienet r-ritorn tas-sapporters Maltin u tas-South End Core (SEC) li minkejja kollox rama l-grawnd b’korjografija mill-isbaħ u b’sapport li ma qata’ xejn tul id-90 minuta. L-għajta ta’ “gowl” dwiet ma’ Ta’ Qali kollu u żgur li se tibqa’ mfakkra għall-wirja stupenda li t-tim Malti bi kburija għamel.

Ekonomija

Sport