Wednesday, March 27, 2024

“Daphne Caruana Galizia hija eroj Maltija” – Repubblika

Aqra wkoll

Fi stqarrija li ppubblikat l-għaqda Repubblika, hi qalet li “kif ilha tisħaq minn kemm ilha mwaqqfa, Repubblika ttenni li huwa biss bi prosekuzzjonijiet bħal tal-lum li pajjiżna jista’ jibda jikseb ġustizzja u jibda t-triq lejn il-ħelsien mill-qarnita mafjuża li tħalliet taħkem lil pajjiżna.”

Repubblika kompliet tgħid li, “kif wegħedna f’kull protesta, f’kull konferenza stampa u kull meta tkellimna, aħna ntennu l-appoġġ tagħna lir-rappreżentanti kollha tal-Istat – lill-pulizija, lill-prosekuturi u lill-ġudikanti fost l-oħrajn – li ħadmu u li se jkunu qed jaħdmu għall-kisba tal-vera ġustizzja. Nistennew li naraw mingħajr aktar dewmien il-prosekuzzjoni li bosta aktar persuni li gawdew u għadhom qed igawdu sallum minn impunita’ għal reati li ħammġu isem pajjiżna mal-erbat irjieħ tad-dinja.”

L-istqarrija tikkonkludi tgħid li “f’mument bħal dan tajjeb infakkru li kienet il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia l-ewwel waħda li rrapurtat dwar dak li kien qed jiġri f’dan il-bank. L-avvenimenti tal-lum huma prova oħra li Daphne Caruana Galizia hija eroj Maltija.”

Ekonomija

Sport