Saturday, May 4, 2024

ARA: Iċ-Ċina tibki lill-vittmi tal-Covid-19 hekk kif tosserva tliet minuti ta’ silenzju

Aqra wkoll

Il-Gvern Ċiniż qal li dan huwa l-mument li wieħed juri r-rispett tiegħu fil-konfront tal-“martri”, b’referenza lill-14-il ħaddiem mediku li mietu infettati bil-virus, wara li ġew infettati minn pazjenti li kienu qed jikkuraw

Iċ-Ċina llum fakkret il-vittmi tal-coronavirus billi osservat tliet minuti ta’ silenzju, li matulhom il-pajjiż waqaf għal kollox.

Illum kien dikjarat bħala jum ta’ luttu biex jiġu onorati l-aktar minn 3,300 persuna li mietu kaġun tal-pandemija tal-virus Covid-19.

YouTube video

Fl-10.00 a.m. ħin lokali, in-nies madwar il-pajjiż kollu waqfu biex josservaw tliet minuti ta’ silenzju fi tribut għal dawk li mietu kaġun tal-virus qattiel.

Karozzi, ferroviji u vapuri daqqew il-ħornijiet tagħhom, b’sireni li jintużaw għal rejds mill-ajru jinxtegħlu, u bnadar jittajru mezza asta.

L-ewwel każi tal-coronavirus kienu reġistrati fil-belt ta’ Wuhan, fil-provinċja ta’ Hubei lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet.

Fi żmien ftit ġimgħat il-virus infirex madwar id-dinja kollha, infetta aktar minn miljun persuna u ħalla kważi 60,000vitma f’181 pajjiż.

F’Wuhan, l-epiċentru tal-pandemija, it-traffic lights unxtegħlu ħomor, bit-traffiku jieqaf għal tliet minuti.

Il-Gvern Ċiniż qal li dan huwa l-mument li wieħed juri r-rispett tiegħu fil-konfront tal-“martri”, b’referenza lill-14-il ħaddiem mediku li mietu infettati bil-virus, wara li ġew infettati minn pazjenti li kienu qed jikkuraw.

Fost dawn hemm Li Wenliang, tabib f’Wuhan li miet bil-Covid-19 wara li l-awtoritajiet ħaduha kontrih talli pprova jwissi lil oħrajn dwar il-marda.

Sport