Saturday, December 21, 2024

ARA: ‘Il fuq minn 3,000 sajjetta f’sagħtejn madwar il-gżejjer Maltin

Aqra wkoll

Il-maltempata li magħha ġabet ħafna sajjetti matul il-lejla tal-Erbgħa, fiha kien hemm ‘il fuq minn 3,000 sajjetta u dawk kollha seħħew f’temp ta’ sagħtejn.

Hekk intqal minn Maltese Islands Weather dwar dak li sejjaħ “maltempata li għaddiet bi żbrixx minn magħna”.

Dawn is-sajjetti kollha seħħew f’100 kilometru madwar ir-radar ta’ Ħad Dingli.

“L-ogħla rata ta’ xita fiċ-ċentru ta’ din il-maltempata kien ta’ aktar minn 200 mm fis-siegħa. Dan għadda xi 10 kilometri il-barra mill-kosta tal-gżira Għawdxija u probabilment kellu abbinat miegħu silġ ta’ daqs kbir,” intqal minn Maltese Islands Weather.

Ekonomija

Sport