Sunday, May 5, 2024

ARA: “L-imħabba tiegħi lejn il-Ġimgħa l-Kbira bdiet meta kont għadni tifel żgħir”

Jitkellem Bertu Bezzin li ilu jarma wirja tal-Ġimgħa l-Kbira għal dawn l-aħħar 29 sena

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn mindu kien żgħir kien imur għand nanntu li dak iż-żmien kienet tgħix Birkirkara. Il-ġar ta’ nanntu kien jarma għall-Milied , għall-Ġimgħa l-Kbira u għall-festa ta’ Santa Liena. Peress li kien ikun ta’ spiss ħdejn nanntu, ta’ sikwit kont tarah jara kif imur għand il-ġar. Kemm-il darba urih kif isir ix-xogħol u saħansitra darba minnhom kien u stess li qallu li xtaq jarah jarma wirja.

YouTube video

Bertu Bezzina qal dan f’intervista ma’ Talk.mt, fejn irrakkonta li wara li tfarfar, beda jgħin fil-knisja u kien hemmhekk fejn irrealizza li għandu delizzju u dedikazzjoni għall-wirjiet. L-organizzatur ta’ din il-wirja qal kif għal sett wieħed, beda jinvesti fi tnejn, tlieta u kompla dejjem ikabbar.

Bezzina spjega kif il-wirja ta’ din is-sena qiegħda mfassla fuq l-istil ta’ knisja li kien iħobb ifassal Renzo Gauci, li illum sfortunatament m’għadux magħna. Id-disinn tal-kappellun u l-iskultura huma wkoll magħmulin mill-mibki Renzo Gauci. Dan filwaqt li l-maġġorparti tal-vari huma magħmulin bl-idejn minn artisti Maltin.

Spjega li l-vari huma ta’ Ayrton Sammut minn Birkirkara, l-brazzi għamilhom Alfred Cauchi u l-bradelli u l-vaguni huma ta’ Manwel Vassallo. Il-kurċifiss huwa repplika li hemm fil-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta. Għal Bezzina, l-inspirazzjoni ta’ din il-wirja ġiet mill-Knisja ta’ Ġieżu minħabba l-fatt li meta kien tifel meta kienu jeħduh l-Belt, kien jagħmel enfasi biex joħduh il-Knisja ħalli jara kif ramaw għall-Ġimgħa l-Kbira.

Meta mistoqsi dwar kemm jieħu ħin biex jarma wirja tradizzjonali bħal din, Bertu qal li bħala preparamenti, jekk wieħed jaħdem kuljum fuqha filgħaxijiet, dejjem għandek madwar tliet ġimgħat. Żied jgħid li bħalu li hu dilettant fuq dawn l-affarijiet, iqatta’ ħafna ħin jilgħab ma’ rqaqat żgħar biex jagħmel kollox perfett. Qal ukoll li l-proċess għandu dejjem jieħu ħin kemm hemm bżonn minħabba li l-wirjiet irid ikollhom ħafna dettall.

Din hija d-29 darba li Bertu Bezzina rama l-garaxx li jinsab fi Triq ta’ Mlit fil-Mosta, b’wirja tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira. Qal li fil-bidu beda mix-xejn u bil-mod il-mod kompla dejjem javvanza l’quddiem. Minbarra li fil-wirja għandu ħafna affarijiet magħmulin minn ħaddieħor, Bezzina spjega magħna li hu jagħti ħafna wkoll biex jara li din il-wirja tkun ta’ daqstant livell. Din is-sena xtara ħafna aċċessorji u arranġamenti ta’ fjuri u għamel ħafna affarijiet bl-idejn.

Temm jgħid li l-ħolma tiegħu hi li fil-futur ikollu post ikbar, sabiex hemmhekk ikun jista’ jesebixxi aktar xogħol. Bertu Bezzina xtaq ukoll iwassal messaġġ lil pubbliku hemm barra li jgħid li dawn it-tradizzjonijiet m’għandhomx jintilfu u għandna nibqgħu ngħożżuhom.

Sport