
Malta llum qed tingħaqad mal-pajjiżi tal-Commonwealth biex tfakkar lill-vittmi taż-żewġ gwerer dinjin.

Għall-okkażjoni saret quddiesa konċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Din se tkun immexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Charles Jude Scicluna.

Qabel il-quddiesa, il-President ta’ Malta spezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta u ħadet sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.

Iċ-ċerimonja ta’ tifkira ħdejn il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana fejn jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-ogħla awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti din is-sena ġew limitati bi prekawzjoni kontra t-tixrid tal-virus.

Minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti l-kontinġenti tal-Forzi Armati u tal-Pulizija kienu ridotti għal numru minimuu dawk li qed jieħdu sehem fit-tifkira huma vvaċċinti.
