Tuesday, December 24, 2024

ARA: Mara l-Isptar wara ħabta bejn vann u tal-linja fil-Furjana

Aqra wkoll

Mara ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei minħabba xi ġrieħi li sofriet wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:50 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Sarrija fil-Furjana.

Minn stħarriġ prliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn vann Peugeot Partner misjuq minn mara ta’ 37 residenti l-Gżira u karozza tal-linja misjuqa minn raġel ta’ 38 sena mill-Pakistan residenti San Pawl il-Baħar. Fuq il-post issejħu  minnufih tim mediku, uffiċjali tal-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel assistenza tagħhom lill-mara fl-ewwel vettura.

Il-mara kellha tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport