Wednesday, April 24, 2024

L-injury ta’ Manuel Neuer tista’ tkun aktar gravi milli maħsub

Aqra wkoll

Sar magħruf li l-kundizzjoni tal-goalkeeper ta’ Bayern Munich Manuel Neuer hija iktar gravi milli kienet maħsub wara l-inċident li kellu fi żmien il-Milied waqt li kien qed jiskija. Hawn min qed jgħid li dan l-inċident jista’ jeffettwalu l-karriera tiegħu.

Min-naħa tagħhom, Bayern Munich qed jagħfsu sabiex iġibu lil Yann Sommer mingħand Borussia Monchengladbach li min-naħa tagħhom qed jaraw x’alternattiva jista’ jkun hemm. Huma qed jevalwaw il-possibbilta’ li jġibu lill-goalkeeper ta’ Montpellier Jonas Omlin jew dak ta’ Lorient, Yvon Mvogo.

Sport