Friday, April 26, 2024

ARA: Mara tmut wara li waqgħet minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Marsa

Aqra wkoll

Mara ta’ 64 sena residenti Raħal Ġdid tilfet ħajjitha wara li waqgħet madwar sular għoli f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 p.m. fi Triq Azzopardi. Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti iżda sfortunatament il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport