Wednesday, April 24, 2024

“Illum qiegħed magħna fuq ir-ritratt imma f’qalbna tibqa’ għal dejjem”

Ifakkru l-memorja ta' Joseph Ellul b'ritratt max-xatt ta' Marsaxlokk

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Illum qiegħed magħna fuq ir-ritratt imma f’qalbna tibqa’ għal dejjem”. Din kienet ir-reazzjoni ta’ bosta Xlukkajri li dagħlodu poġġew ritratt ta’ Joseph Ellul fuq siġġu max-xatt ta’ Marsaxlokk, bi fjuri u xi xemgħat quddiemu, biex ifakkru l-memorja tiegħu.

Joseph Ellul magħruf bħala x-Xlukkajr huwa r-raġel li t-Tlieta li għadda miet f’inċident li seħħ fl-inċineratur tal-WasteServ, fil-Marsa. Huwa se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima għada fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompei fis-2.00 p.m.

Joseph Ellul jingħata l-aħħar tislima għada

Bħala turija ta’ rispett lejn is-Sur Joseph Ellul u l-familja tiegħu, l-faċilitajiet kollha tal-WasteServ, inkluż iċ-Ċentri għall-Iskart Goff, f’Malta u Għawdex ser ikunu magħluqa bejn is-1.30 p.m. u t-3.30 p.m.

L-inċineratur fil-Marsa fejn Ellul traġikament tilef ħajtu, se jkun qed jagħlaq ukoll fis-1.30 p.m u jibqa’ magħluq sas-6.30 p.m.

Sport