Raġel kellu jittieħed lejn l-Isptar wara li aktar kmieni dalgħodu ġie salvat f’ħidma kollaborattiva bejn il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku mill-Isptar Mater Dei u uffiċjali tal-Pulizija li ssejħu fuq il-post.
Jidher li r-raġel sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed fil-baħar tant li l-ewwel uffiċjal li qabeż biex jassistih sabu mqabbad mal-parti ta’ wara ta’ dgħajsa battala min-nies.
Uffiċjali mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili avviċinaw b’dinghi fejn il-persuna tgħabba u ttieħed lejn l-art fejn sab jistennih tim mediku biex jagħti l-ewwel għajnuna medika.