Maltin li jinsabu fi Sqallija ma tantx straħu mis-sitwazzjoni kkawżata mill-mewġa ta’ sħana li laqtet il-Gżejjer Maltin u dan hekk kif it-temperatura hemmhekk misset it-48 grad Celcius.

Kawża tat-temperaturi estremi fil-gżira, ħafna mit-toroq jinsabu f’daħna kbira sewda kkawżata minn għelieqi sħaħ li nqerdu kompletament minħabba n-nirien.

Ritratti oħra juru nar ħiereġ miċ-ċmieni tal-powerstations u tabelli tat-toroq li spiċċaw meqrudin fl-istess nirien.

