Il-każ ta’ rapporti li kienu xxandru dwar xogħlijiet fi kripta fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, kellu eżitu fl-aħħar sigħat wara li l-Kamra tal-Periti kkonkludiet li żewġ periti ma wettqu ebda nuqqas f’xogħlijiet li għamlu fI kripta fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
Dwar dawn ix-xogħlijiet kien hemm rapporti li kienu allega li ċediet art fIl-kripta u kkaġunat ħsarat fis-sit fejn indifnu għadd ta’ kavallieri.
Il-Kunsill tal-Kamra tal-Periti ltaqa’ 8 darbiet bejn April 2025 u Ġunju 2026 fejn fost il-provi li ra sema’ liż-żewġ periti, Danica Cachia Mifsud u Konrad Buhagiar minn AP Valletta.
Ġie konkluż li ma tressqet ebda prova li ċediet art fl-imsemmija kripta jew li saret ħsara lill-oqbra taħtha u li ċ-ċaqliq fil-ġebel imur lura madwar 10 snin u ma kellux x’jaqsam ma’ xogħlijiet li wettqu l-periti.
Ġie deċiż li għalhekk li ma hemmx lok ta’ passi dixxiplinarji kontrihom.
