Saturday, December 28, 2024

ARA: tarbija ta’ erba’ xhur salvata wara li waqgħet binja ta’ erba’ sulari fuqha fil-Ġordan

Aqra wkoll

Tifla ta’ erba’ xhur li damet għal madwar 30 siegħa qalb it-tifrik, irnexxielha ssalva wara li waqgħet binja ta’ erba’ sulari fuqha. Din it-traġedja ħalliet 14-il persuna mejta. 

Omm it-tifla stqarret li ħasset li bintha ma kinitx mejta u kellha tama qawwija li ser tinstab ħajja. Hija qalet li ma setgħetx tfisser il-ferħ li ħasset kif tawha l-aħbar li kellha raġun. 

Huwa mifhum li kif din il-binja waqgħet, kien hemm madwar 25 persuna li kienu maqbdua ġewwa. Tliet persuni ġew ukoll arrestati b’rabta ma’ dan il-każ. 

F’filmat li nġibed, juri t-tifla meta nħarġet minn qalb it-tifrik mimlija t-trab iżda kienet qed tieħu n-nifs. Hija ttieħdet l-isptar b’urġenza għall-kura meħtieġa.  

L-omm qalet li kienet ħalliet lil bintha ma’ ħabiba tagħha li kienet toqgħod f’din l-binja għaliex kellha qadja tax-xogħol. 

Ekonomija

Sport