Wednesday, March 27, 2024

[ARA] Tim mediku Ġermaniż b’diska ta’ tama u kuraġġ f’dan iż-żmien diffiċli

Aqra wkoll

Il-pandemija tal-Covid-19 ħalliet lid-dinja ssummata, hekk kif serqet il-ħajja lil għexieren ta’ persuni fi żmien ftit xhur.

Perjodu kkaratterizzat minn miżuri li ħadd qatt ma kien jobsor, bi gvernijiet minn madwar id-dinja kollha jappellaw lin-nies biex kemm jista’ jkun jibqgħu fi djarhom bil-għan li tkun ikkontrollata l-pandemija.

F’dan iż-żmien wieħed ma jistax ma jonorax l-isforzi li qegħdin isiru mill-ħaddiema fis-settur mediku, li kuljum ipoġġu ħajjithom f’riskju biex jikkuraw lill-pazjenti infettati bil-Covid-19.

L-isforzi tagħhom jispikkaw anke f’mumenti fejn jipprovaw jgħaddu messaġġ ta’ tama u kuraġġ. Bħalma għamel it-tim tal-kardjoloġija tal-Isptar Bogenhausen fi Munich, il-Ġermanja, li man-noti tad-diska popolari “Love and Hate” ta’ Michael Kiwanuka għaddew messaġġ mill-isbaħ.

Ekonomija

Sport