Tuesday, April 23, 2024

Arrestat l-allegat ħalliel li seraq minn tlett iħwienet f’Birkirkara f’okkażjonijiet separati

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ tliet serqiet minn ħwienet differenti f’Birkirkara, ħallew il-frott hekk kif aktar kmieni dalgħodu ġie arrestat raġel ta’ 37 sena suspettat li allegatament kien involut f’dawn ir-reati.

L-ewwel serqa seħħet fil-15 ta’ Frar minn ħanut fi Triq tal-Ħerba, it-tieni waħda seħħet jumejn ilu minn ħanut fi Triq Ġużè Orlando filwaqt li fl-iktar waħda riċenti, dik tal-bieraħ, seħħet minn ħanut fi Triq Santa Liena. Fit-tliet okkażjonijiet r-raġel allegatament daħħal mgħammad u armat b’sikkina u ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Wara diversi analiżi ta’ filmati tas-sigurtà, ġie identifikat l-allegat ħalliel u aktar kmieni llum, il-Pulizija arrestawh minn residenza fil-Ħamrun.

Huwa qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana sabiex jassisti fl- investigazzjonijiet u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Sport