Saturday, May 4, 2024

Arrestat l-allegat moħħ wara l-qtil tal-President tal-Haiti

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tal-Ġamajka arrestaw lill-eks senatur tal-Haiti John Joel Joseph hekk kif dan huwa s-suspettat ewlieni fil-qtil tal-President tal-Haiti Jovenel Moïse.

Jovenel Moïse kien ġie maqtul fis-7 ta’ Lulju li għadda minn persuni armati li daħlu fir-residenza tiegħu ġewwa l-kapitali Port-au-Prince. Ftit wara li seħħ l-attakk, il-kap tal-pulizija ta’ Haiti Leon Charles kien qal li Joseph kien forna l-armi użati u anke kkordina dan l-assassinju. 

L-awtoritajiet tal-Ġamajka ma taw l-ebda kumment dwar jekk dan l-arrest seħħx wara talba mill-FBI ġewwa l-Istati Uniti li wkoll qiegħda tinvestiga dan l-omiċidju. 

Fir-rapport tal-investigazzjoni li għamlu l-pulizija ta’ Haiti, liema dokument fih 124 paġna, jingħad li John Joel Joseph “kien strumentali fir-rieda qawwija tiegħu li joqtol lill-president.”

B’rabta ma’ dan il-qtil kienu saru numru ta’ arresti ta’ persuni mill-Kolumbja. 

Sport