Thursday, April 25, 2024

Ir-raġel li ngħata qalb ta’ ħanżir kien ħalla raġel ipparalizzat b’seba’ daqqiet ta’ sikkina

Aqra wkoll

Ir-raġel li fuqu sar l-ewwel trapjant ta’ qalb ta’ ħanżir kien instab ħati li attakka lil raġel b’sikkina u ħallih ipparalizzat. Fl-1988 David Bennett, li llum għandu 57 sena, kien instab ħati li attakka lil Edward Shumaker u kien tah xejn inqas minn seba’ daqqiet ta’ sikkina.

Kienet oħt Edward li żvelat dan waqt intervista li kellha fuq ir-radju. Hija qalet li ħuha kien miet fl-2007 wara kważi żewġ deċenji ta’ kumplikazzjonijiet mediċi relatati ma’ dan l-attakk. Hija tenniet li Bennett ma kienx jistħoqqlu dan it-trapjant. 

Min-naħa l-oħra, it-tim li wettaq dan it-trapjant qal li r-rekord kriminali ta’ xi ħadd m’għandu qatt ikun ir-raġuni għaliex m jingħatax il-kura li jkollu bżonn.

Sport