Il-Ministeru tal-Intern tat-Turkija kkonferma li kienet arrestata persuna b’rabta mal-isplużjoni li seħħet il-Ħadd li għadda f’Taksim Square, f’Istanbul. Fl-isplużjoni nqatlu minn tal-inqas sitt persuni nqatlu u ndarbu 81 oħra.
Il-Viċi President Fuat Okay aktar qabel qal li l-isplużjoni kienet maħsuba li kienet attakk terroristiku li allegatament sar minn mara. Min-naħa tiegħu, il-President Recep Tayyip Erdogan qal li min kien wara dan l-attakk se jkun qed jaffaċċja l-ġustizzja. Waqt li kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet f’Istanbul, huwa kkundanna dan l-attakk li sejjaħlu bħala “vili”.
Matul il-jum tat-Tnejn, il-Ministru tal-Intern Suleyman Soylu qal li persuna suspettata li ħalliet din il-bomba kienet arrestata mill-pulizija, u akkuża lill-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdisan (PKK) bir-responsabbiltà. Minkejja dan ħadd s’issa ma refa’ responsabbiltà tal-isplużjoni.
Il-Ministru tal-Gvern Derya Yanik kitbet fi tweet li impjegat fil-ministeru u bintu żgħira kienu fost il-vittmi.