Tuesday, November 26, 2024

Arrestati tliet persuni wara li allegatament daħlu fi proprjetà privata

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-bieraħ fl-10.00pm meta l-Pulizijadaħlilha rapport li tliet persuna allegatament daħlu fi proprjetà privata mingħajr permess.

Il-Pulizija ġew infurmati minn sid ta’ residenza privata fi Triq is-Silla, Swieqi, li aktar qabel lemaħ żewġt irġiel u mara jieħdu ritratti tar-residenza tiegħu kif ukoll daħlu fuq wara tar residenza u bdew jittawlu fuq ġewwa ta’ l-istess residenza.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li dawn it-tliet persuni dehru fuq filmati tas-sigurtà, li aktar qabel kienu daħlu fl-istess proprjetà u għalkemm ma nsteraq xejn, huma dehru iħufu madwar il-post, sakemm telqu b’vettura ftit wara li sid id-dar innutahom.

L-investigazzjonijiet immedjati tal-Pulizija malli sar ir-rapport ħallew il-frott hekk kif dalgħodu, għall-11.00am, it-tliet persun kkonċernati – ilkoll ta’ nazzjonalità Ungeriża – ġew identifikati u arrestati f’San Ġiljan.
Waqt li huma qegħdin jinżammu arrestati, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport