Tuesday, April 30, 2024

Arrestati wara li serqu kartiera lil raġel li kien fil-vettura tiegħu fil-Marsa

Aqra wkoll

Azzjoni immedjata mill-Pulizija wasslet biex raġel ta’ 37 sena residenti Birżebbuġa u mara ta’ 29 sena residenti Bormla ġew arrestati ftit ħin biss wara li allegatament serqu minn vettura fil-Marsa.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għal xi t-8.00 p.m meta raġel ta’ 32 sena residenti Birkirkara għamel rapport mal-Pulizija li ftit tal-ħin qabel, waqt li kien fi Triq is-Salib tal-Marsa, avviċinawh mara u raġel, bil-mara titolbu xi flus. Kien hawn li l-mara qabdet u daħlet fil-vettura tiegħu u serqitlu l-kartiera, waqt li r-raġel ta xi daqqiet ta’ sieq fuq il-vettura u wara ħarbu minn fuq il-post.

Bid-deskrizzjoni tal-persuni involuti f’idejhom, il-Pulizija immedjatament bdiet bit-tfittxijiet għaż-żewġ suspettati. Ftit ħin biss wara nstabet il-mara u ġiet arrestata fi Triq is-Sajjied, il- Marsa waqt li aktar tard ġie arrestat r-raġel li kien f’ħanut fil-viċin.

Iż-żewġ persuni qegħdin jinżammu arrestati, bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport