Fil-Premier League Ingliż Arsenal reġgħu telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika meta marru għand Brighton u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0 … iżda Liverpool iridu jirkupraw partita.
Il-protagonisti ta’ din ir-rebħa kienu Bukayo Saka (33 pen), Kai Havertz (62) u Leandro Trossard (86).
C. Palace v Man City – Barra minn darhom Manchester City għelbu lil Cyrstal Palace bl-iskor ta’ 4-2 biex laħqu lil Liverpool bil-punti fit-tieni post.
Il-goals tagħhom waslu minn Kevin De Bruyne (13, 70), Rico Lewis (47) u Erling Haaland (66). Il-Palace skorjaw l-ewwel u l-aħħar minn Jean-Philippe Mateta (4) u Odsonne Edouard (86).
Aston Villa v Brentford – Aston Villa ħadu skoss fit-tentattiv li jtemmu fir-raba’ post meta ġew miżmuma draw bl-iskor ta’ 3-3 minn Brentford.
Għalihom skorjaw Ollie Watkins (39, 80) u Morgan Rogers (46) filwaqt li Mathias Jorgensen (59), Bryan Mbeumo (61) u Yoane Wissa (68) wieġbu għall-Bees.
Everton v Burnley – Everton għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni b’rebħa ta’ 1-0 fuq Burnley li kellhom lil Dara O’Shea (67) imkeċċi.
Il-goal importanti wasal minn Dominic Calvert-Lewin (45).
Fulham v Newcastle – Barra minn darhom Newcastle għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 1-0 bl-eroj ikun Bruno Guimaraes (81).
Luton v Bournemouth – Luton dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 fuq Bournemouth, bil-goals jaslu minn Jordan Clark (73) u Carlton Morris (90) wara li Marcus Tavernier (52) fetaħ l-iskor għaċ-Cherries.
Wolves v West Ham – Anke West Ham għelbu lil Wolves 2-1 wara li dawn fetħu l-iskor minn Pablo Sarabia (33 pen). L-iskorers tal-Hammers kienu Lucas Paqueta (73 pen) u James Ward-Prowse (84).