Saturday, November 23, 2024

AstraZeneca b’vaċċin li jista’ joħloq reżistenza immunitarja akbar fost l-anzjani

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Università ta’ Oxford kkonfermat li l-vaċċin li qiegħda tiżviluppa flimkien ma’ AstraZeneca Pls iġġenerat sistema immunitarja kontra l-Covid-19 aktar reżistenti fl-adulti ta’ età aktar avvanzata.

Filwaqt li l-ittestjar qed ikompli għaddej f’tellieqa kontra l-ħin sakemm ikun jista’ jibda jitqassam il-vaċċin, ir-riżultati maħruġa mill-ġurnal mediku ta’ Lancet kompla jagħti xaqq ta’ dawl f’din is-sitwazzjoni globali tal-pandemija.

Wara dawn ir-riżultati preliminari, ir-riċerkaturi jinsabu ħerqana biex jiskopru aktar u aktar riżultati se jkunu jistgħu jaqtgħu l-kundanna dwar jekk l-vaċċin huwiex se jilħaq l-livell tal-vaċċin ta’ Pfrizer Inc u Moderna Inc. li s’issa jidher li huwa l-aqwa.

L-istudju ta’ Oxford kien jinkludi sample ta’ 560 adult li 240 minnhom kellhom ’il fuq minn 70 sena. Filwaqt li l-vaċċin kien kapaċi jiġġenera sistema immunitarja b’saħħitha fost dawk bejn it-18-il sena u l-55 sena, riżultat aħjar inkisbu fejn jidħlu dawk l-aktar f’riskju li jiġu infettati bil-Covid-19. 

Angela Minassian, waħda mill-investigaturi f’Oxford fi stqarrija maħruġa minnha qalet li qed jittamaw li l-vaċċin iżid fl-effiċenza bilanċjata bejn l-etajiet kollha, iżda r-riżultati preliminari juru li jidher li rnexxielha tingħeleb waħda mill-isfid fir-riċerka; li nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli,

Sport