Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, MMG Promotions bi pjaċir tħabbar ir-ritorn tal-Żabbar Beer Festival, li se jsir nhar il-Ġimgħa 3 u s-Sibt 4 ta’ Lulju 2026 mis-7:00 ta’ filgħaxija ’l quddiem. Il-foss ta’ Ħaż-Żabbar biswit Bieb is-Sultan, se jkun qed joffri ambjent uniku u miftuħ għal dan il-festival tant mistenni. Il-Ġimgħa filgħaxija se jkun hemm spttaklu mid-DJ leġġendarju Ġermaniż ATB.
Magħruf l-iżjed għal diversi suċċessi bħal 9PM, Run, Your Love u Don’t Stop, u għall-ispettakli uniċi tiegħu f’festivals tant popolari madwar id-dinja, ATB se jkun qed iwettaq ritorn memorabbli ferm fuq din il-gżira. Is-Sibt it-tribute band tant popolari ta’ U2 Achtung Babies, se tkun qed ittella l-ewwel prestazzjoni tagħha f’pajjiżna bħala parti mit-tour tagħhom.
Din il-band se tkun qed twassal prestazzjoni enerġetika li tiċċelebra waħda mill-iktar gruppi ikoniċi fl-istorja tal-mużika rock. Matul iż-żewġ serati, se jkun hemm ukoll diversi wirjiet minn DJs u bands Maltin, li se jkomplu jżewqu dan il-festival tant popolari.
Barra minn hekk, il-festival se jinkludi wkoll logħob relatat mal-birra, attivitajiet divertenti, u żona apposta għat-tfal, biex il-festival ikun adattat għall-familja kollha. Għal iżjed informazzjoni, jekk jogħġobkom żuru il-paġna uffiċjali ta’ Zabbar Beer Fest, jew il-paġna talattivita fuq Facebook.


